8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/44
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2017 – de la Fuente Martín et vs SRB
(Kawża T-619/17)
(2018/C 005/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Juan Antonio de la Fuente Martín (Madrid, Spanja) u 25 rikorrent ieħor (rappreżentanti: M. Durán Muñoz u M. Duran Campos, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla, tneħħi kull effett u tħassar, ir-riżoluzzjoni jew id-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, adottata fis-sessjoni eżekuttiva estiża tagħha, tas-7 ta’ Ġunju 2017, SRB, id-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08, ippubblikata parzjalment u mhux kompluta fit-12 ta’ Lulju 2017, li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA, sabiex tirritorna lill-azzjonisti u lid-detenturi ta’ strumenti azzjonarji l-azzjonijiet rispettivi tagħhom u l-istrumenti azzjonarji ta’ dan il-bank, u konsegwentement, tistabbilixxi mill-ġdid id-drittijiet kollha ta’ dawn tal-aħħar;
—
sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata tal-SRB ikkawżat danni lill-azzjonisti u lid-detenturi ta’ bonds ta’ Banco Popular Español, S.A., li l-SRB għandha l-obbligu li tikkumpensa skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87 tar-Regolament 806/2014, tal-15 ta’ Lulju 2014, tikkundanna lill-SRB u konsegwentement lill-Unjoni Ewropea sabiex jikkumpensaw lir-rikorrenti fl-ammont li huwa ekwivalenti għall-valur tal-azzjonijiet u tal-istrumenti azzjonarji li kienu proprjetà tar-rikorrenti fil-ġurnata qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, jew, jekk ikun il-każ, bl-ammont ekwivalenti għall-valur ekonomiku li kien ikollhom li kieku l-istituzzjoni finanzjarja kienet ġiet suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza ordinarji fil-mument meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy