27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/43
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2017 – Teollisuuden Voima vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-620/17)
(2017/C 402/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Teollisuuden Voima Oyj (Eurajoki, il-Finlandja) (rappreżentanti: M. Powell, solicitor, Y. Utzschneider, K. Struckmann u G. Forwood, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1021, tal-10 ta’ Jannar 2017, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44727 2016/C (eks 2016/N) li Franza qed tippjana li timplimenta favur il-grupp Areva (1)
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi motivazzjoni suffiċjenti, bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE, minħabba t-tneħħijiet eċċessivi fil-verżjoni ppubblikata tad-deċiżjoni kkontestata li jostakolaw lir-rikorrenti milli ssir taf il-motivazzjoni tagħha u lill-Qorti tal-Ġustizzja milli twettaq l-istħarriġ tagħha.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment mill-ġdid tal-vijabbiltà fit-tul ta’ Areva Group.
—
F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tagħmel riferiment għal-Linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà, li jeżiġu li pjan ta’ ristrutturazzjoni għandu jistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju f’terminu raġonevoli u abbażi ta’ previżjonijiet realistiċi (2).
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tal-miżuri proposti għal-limitazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq ewlieni li fih ser tkun attiva Areva Group wara r-ristrutturazzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni safejn l-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat ġiet suġġetta għal kundizzjonijiet mhux xierqa u insuffiċjenti.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ żball manifest fil-konstatazzjoni li l-għajnuna mill-Istat hija kompatibbli mas-suq intern, fid-dawl tal-fatt li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni propost ma jipprovdix garanziji suffiċjenti li Areva ser tkun kapaċi teżegwixxi fil-ħin il-Proġett OL3, u għalhekk dan imur kontra ċerti għanijiet oħra tat-Trattat UE li kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-eżami tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat.
(1) ĠU 2017 L 155, p. 23
(2) ĠU 2014 C 249. p. 1, punt 47.
Full & Egal Universal Law Academy