30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/38
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-624/17)
(2017/C 369/52)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44351 (2016/C) (ex 2016/NN) implementata mill-Polonja għat-taxxa fuq is-settur tal-bejgħ bl-imnut, innotifikata taħt id-Dokument C(2017) 4449; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, fejn tallega li l-Kummissjoni kklassifikat b’mod żbaljat it-taxxa fuq is-settur tal-bejgħ bl-imnut Pollakka bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE bħala riżultat ta’ żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tagħha tar-rekwiżit ta’ selettività.
2.
It-tieni motiv, fejn tallega motivazzjoni żbaljata u insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata.