13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/52
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Sárossy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-633/17)
(2017/C 382/65)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Róbert Sárossy (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: D. Lazar, Rechtsanwalt)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2017) 2929030, tat-12 ta’ Ġunju 2017,
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 5147 finali, tas-17 ta’ Lulju 2017,
—
tordna lill-Kummissjoni tagħti lir-rikorrent l-aċċess għad-dokumenti kollha marbuta mal-proċedura EU Pilot Nru 8572/15 [CHAP (2015) 00353], indipendentement minn jekk dawn humiex diġà fil-pussess tagħha jew jekk dawn jiġux ikkomunikati lilha biss fil-ġejjieni, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.
Skont it-rikorrent, jeżisti interess pubbliku superjuri li jiġu żvelati d-dokumenti inkwistjoni sa fejn dan l-iżvelar jippermetti:
—
li jiġu protetti l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi,
—
li jiġi protett is-suq intern,
—
li tiġi kkontrollata l-attività ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni,
—
li tissaħħaħ id-demokrazija fl-Ungerija, u
—
li jintwerew b’mod ċar liċ-ċittadini l-vantaġġi li l-Ungerija għandha minħabba l-appartenenza tagħha fl-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy