11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/40
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2017 – Escriba Serra et vs Il-Kummissjoni u SRB
(Kawża T-640/17)
(2017/C 424/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Juan Escriba Serra (Girona, Spanja) u 7 rikorrenti oħra, (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u C. Iglesias Megías, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
Prinċipalment, u għal raġunijiet ta’ ekonomija tal-ġudizzju:
—
tannulla (tirrevoka) parzjalment id-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, concerning the adoption of a resolution scheme in respect of Banco Popular Español, S.A., sa fejn din tordna l-konverżjoni u t-tniżżil fil-valur tal-obbligi ssubordinati tal-Banco Popular; u
—
tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A., sa fejn din tordna l-konverżjoni tal-obbligi ssubordinati tal-Banco Popular.
—
Sussidjarjament:
—
tannulla kompletament id-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, concerning the adoption of a resolution scheme in respect of Banco Popular Español, S.A.,; u
—
tannulla kompletament id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A..
—
Skont il-każ, tiddikjara inapplikabbli l-Artikoli 15, 18, 20, 21, 22 u/jew 24 tar-Regolament 806/2014, skont l-Artikolu 277 TFUE; u
—
Tikkundanna lill-Bord u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy