13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/57
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2017 – Ferri vs BĊE
(Kawża T-641/17)
(2017/C 382/70)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Claudio Ferri (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Campagnola, avukat)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkonstata l-assenza ta’ eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ superviżjoni attivata bin-nota tal-24 ta’ Marzu 2017 u, bħala riżultat tal-korrispondenza skambjata li fir-rigward tagħha s-servizz kompetenti tal-BĊE ddeċieda li ma jagħtix provvedimenti fuqha peress li qies li l-kwistjoni tirrigwarda l-funzjonijiet ta’ awtoregolamentazzjoni kif ukoll ta’ superviżjoni dwar l-adozzjoni tal-kriterji ta’ kontroll fuq l-operat tal-banek Taljani.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-Bank Ċentrali Ewropew ma eżerċitax il-funzjonijiet ta’ superviżjoni li għandu b’riferiment għal dan li ġej:
—
L-assenza ta’ ta’ ħruġ fil-ħin tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 72 tal-2015 u l-applikazzjoni konsegwenti tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 385 tal-1993, li tqies li huwa jkompli japplika għal attività oħra li tirriżulta mill-imsmemija assenza ta’ ħruġ mill-Bank d’Italia tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni.
—
L-assenza ta’ sejħa lill-Banca d’Italia sabiex twettaq fis-sistema tal-Istat l-adattament tal-leġiżlazzjoni regolatorja tat-tilwim dwar l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet.
—
L-assenza ta’ superviżjoni tal-kompatibbiltà tal-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-effiċjenza tas-sistema bankarja, issa ifformulati b’mod ċar fir-rigward tal-entitajiet bankarji ta’ kumplessità u struttura kbira, fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet ta’ adattament u adegwatezza effettiva.
—
Inkorrettezza tal-kriterji ta’ evalwazzjoni dwar l-adegwatezza tal-attività tal-Banco di Credito Cooperattivo fi Frascati, peress li dawn l-istess kriterji ġew b’mod ċar maħsuba u fformulati sabiex jevalwaw l-adegwatezza ta’ sistema bankarja kumplessa u ta’ strutturata ħafna.
Full & Egal Universal Law Academy