6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/49
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2017 – DNV GL vs EUIPO (Sustainablel)
(Kawża T-644/17)
(2017/C 374/73)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DNV GL AS (Høvik, in-Norveġja) (rappreżentant: J. Albers, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Sustainablel” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 372 832
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO – 12 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 2/2017-2
Talbiet tar-Rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tirreġistra l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 372 832 “Sustainablel” għall-prodotti u s-servizzi kollha li għalihom saret l-applikazzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c) u 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.