20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/37
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 – Addition et vs SRB
(Kawża T-646/17)
(2017/C 392/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Addition Sicav, SA (Madrid, Spanja), Allocation Sicav, SA (Madrid), Fundación Rafael de Pinto (Madrid), Chart Inversiones Sicav, SA (Madrid) u Match Ten Inversiones Sicav, SA (Madrid) (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni JUR/EES/2017/08, li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni dwar Banco Popular Español, SA, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni jikkumpensa lir-rikorrenti kumpens għad-danni subiti, f’ammont ugwali għall-valur nominali tal-bonds, aġġornat fid-data tar-riżoluzzjoni, flimkien mal-interessi moratorji minn dik id-data sal-mument li fih jiġi effettwat dan ir-rimbors, skont it-tieni paragrafu tal-Artikoli 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża, skont l-Artikoli 133 u 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy