8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/44
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2017 – Relea Álvarez et vs SRB
(Kawża T-653/17)
(2018/C 005/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: María Jesús Relea Álvarez (Madrid, Spanja), u 20 rikorrent ieħor (rappreżentanti: M. Gómez de Liaño Botella, V. Hernández-Talavera Martin, M. Gómez de Liaño Botella, F. Azpeitia Gamazo u L. Lopez Álvarez, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara r-responsabbiltà patrimonjali tal-Unjoni Ewropea għad-danni kkawżati u tikkundannaha għall-ħlas mill-fond tal-MUR għall-valur tal-istrumenti azzjonarji qabel l-eżekuzzjoni tar-riżoluzzjoni, jew sussidjarjament, għall-valur tal-imsemmija strumenti azzjonarji skont ir-rapport tal-espert imħejji minn persuna indipendenti, skont l-Artikolu 340, li fuq il-bażi tiegħu r-rikorrenti jakkumulaw l-azzjonijiet għal annullament ma’ dik għal kumpens għad-danni sostnuti;
—
tikkundanna għall-ispejjeż ta’ din il-kawża skont l-Artikolu 132 et seq tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy