27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/47
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2017 – Inditex vs EUIPO – Ansell (ZARA TANZANIA ADVENTURES)
(Kawża T-655/17)
(2017/C 402/62)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) (Arteixo, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, G. Macías Bonilla, P. López Ronda, E. Armero Lavie, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zainab Ansell (Moshi, it-Tanzanija) u Roger Ansell (Moshi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “ZARA TANZANIA ADVENTURES” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 320 591
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Lulju 2017 fil-Każijiet magħquda R 2330/2011-2 u R 2369/2011-2
Talbiet
—
tannulla parzjalment id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Lulju 2017, fil-Każijiet magħquda R 2330/2011-2 u R 2369/2011-2, b’mod partikolari sa fejn tippermetti lill-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8320591 tipproċedi għar-reġistrazzjoni għas-servizzi kkontestati fil-klassijiet 39 u 43;
—
tordna li l-ispejjeż tal-appell jiġu sostnuti mill-konvenut (EUIPO) u l-intervenjenti u dawk imġarrba fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO u t-Tieni Bord tal-Appell jiġu sostnuti mill-intervenjenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy