18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/33
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2017 – Anabi Blanga vs EUIPO – Polo vs Lauren (HPC POLO)
(Kawża T-657/17)
(2017/C 437/40)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Gidon Anabi Blanga (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: M. Sanmartín Sanmartín, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Polo/Lauren Company LP (New York, New York, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “HPC POLO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 531 462
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 2368/2016-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk sostnuti mir-rikorrent.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy