27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/48
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Stichting Against Child Trafficking vs OLAF
(Kawża T-658/17)
(2017/C 402/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stichting Against Child Trafficking (Nijmegen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: E. Agstner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi
Talbiet tar-Rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Awissu 2017, fil-Każ OC/2017/0451, tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) biex ma jiftaħx investigazzjoni amministrattiva;
—
tagħti struzzjonijiet lil OLAF biex jiftaħ investigazzjoni amministrattiva u skont is-sejbiet tiegħu jgħaddi l-kwistjoni lill-infurzar tal-liġi nazzjonali għall-proċedimenti kriminali u/jew lill-Istituzzjonijiet Ewropej għall-proċedimenti amministrattivi;
—
tikkundanna lill-OLAF għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-liġi tal-UE u żbalji manifesti tal-evalwazzjoni li twettqet minn OLAF
—
Id-deċiżjoni kkontestata ma tħarisx il-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-acquis communautaire u l-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-tfal, u hija bbażata fuq qari manifestament żbaljat tad-dokumenti fil-fajl dwar il-każ.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas li jaġixxi u jiftaħ investigazzjoni
—
OLAF jinjora r-rabta bejn l-effetti ta’ qabel u dawk kurrenti ta’ sejbiet tal-UE li jintefqu fuq organizzazzjonijiet u politiki li jmorru kontra l-liġi u l-valuri tal-UE.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq id-dritt għal smigħ
—
B’mod manifest OLAF ma wriex xi interess fis-sejba tal-verità billi rrifjuta li jsejjaħ xhieda u li jiltaqa’ mar-rikorrenti.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-proċeduri
—
Ma ġiet stabbilita ebda traskrizzjoni fir-rigward tal-laqgħa tal-10 ta’ Settembru 2014 li matulha r-rikorrenti u żewġ ħaddiema taċ-ċivil tal-Kummissjoni Ewropea ressqu dikjarazzjonijiet u fatti ta’ sostenn.
Full & Egal Universal Law Academy