11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/42
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – Vallina Fonseca vs SRB
(Kawża T-659/17)
(2017/C 424/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: José Antonio Vallina Fonseca (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit minn José Antonio Vallina Fonseca bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduh mill-bonds ta’ BANCO POPULAR ESPAÑOL, S.A. li kienu proprjetà tiegħu;
—
tikkundanna lill-Bord iħallas EUR 50 000 lir-rikorrent bħala kumpens għad-dannu sostnut (l-“ammont dovut”):
—
tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;
—
tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur, permezz tad-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA, tal-prinċipju nemo auditur turpitudinem oporpiam allegans, u tal-Artikolu 88 tar-Regolament 806/2014, sa fejn din tadotta att li jikkawża dannu lill-Banco Popular u lill-azzjonisti tiegħu b’riżultat ta’ kriżi li l-Bord innifsu kkawża.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Bord, permezz tal-adozzjoni tar-riżoluzzjoni, tad-dmir ta’ diliġenza, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-Artikolu 296 TFUE, tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ arbitrarjetà u tal-prinċipju nemo auditur turpitudinem suam allegans.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 17 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn ir-rikorrent ġie mġiegħel jirrinunzja għall-proprjetà tiegħu mingħajr ma nstema’ qabel jew wara.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Bord tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sa fejn ir-rikorrent ġie mċaħħad mill-proprjetà tiegħu, minkejja l-eżistenza ta’ miżuri oħra inqas restrittivi.
Full & Egal Universal Law Academy