11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/45
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2017 – eSlovensko vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-664/17)
(2017/C 424/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: eSlovensko (Lučenec, is-Slovakkja) (rappreżentant: F. Branislav, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni ARES(2017)3107844 tal-Kummissjoni Ewropea, tal-21 ta’ Ġunju 2017, li teskludi lir-rikorrenti milli tipparteċipa fil-proċeduri kollha tal-għoti ta’ kuntratti u tal-għoti ta’ sussidji rregolati mir-Regolament Nru 966/2012 u mill-għoti ta’ fondi rregolati mir-Regolament 2015/323;
—
torda li l-konvenuta għandha twettaq verifika ġdida sabiex tirrevedi l-konklużjonijiet tagħha dwar l-ispejjeż ammissibbli;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq użu ħżain ta’ poter, b’mod partikolari evalwazzjoni legali żbaljata tal-fatti u tal-konstatazzjonijiet.
—
Ir-rikorrenti ssostni li ma kienet teżisti l-ebda bażi raġjonevoli għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata.
—
Evidentement, il-Kummissjoni ma eżaminatx b’mod debitu u imparzjali ċ-ċirkustanzi tal-kawża.
Full & Egal Universal Law Academy