27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/49
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2017 China Construction Bank vs EUIPO – Groupement des cartes bancaires (CCB)
(Kawża T-665/17)
(2017/C 402/65)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: China Construction Bank Corp. (Beijing, iċ-Ċina) (rappreżentanti: A. Carboni, J. Gibbs, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Groupement des cartes bancaires (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali u figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “CCB” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 359 609
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 2265/2016-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Nru 13 359 609 lill-EUIPO sabiex tkun tista’ tipproċedi għar-reġistrazzjoni; u
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-partijiet intervenjenti f’dan l-appell għall-ispejjeż tagħhom stess u għal dawk tar-rikorrenti f’din il-kawża, kif ukoll dawk fl-appell quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell fil-Każ R 2265/2016-1 u dawk fl-oppożizzjoni B 2 524 422 quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 peress li bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq raġunijiet u provi li fir-rigward tagħhom ir-rikorrenti ma kellu l-ebda opportunità li jressaq il-kummenti tiegħu;
—
Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li tqis fatti, provi u argumenti li ma ġew imressqa minn ebda parti u provi li ma ġewx prodotti fil-każ;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 bħala riżultat tal-ksur fuq imsemmija u peress li ġiet applikata gwida żbaljata tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar kif tevalwa l-probabbiltà ta’ konfużjoni.
Full & Egal Universal Law Academy