8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/45
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2017 – NeoCell vs EUIPO (BIOACTIVE NEOCELL COLLAGEN)
(Kawża T-666/17)
(2018/C 005/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NeoCell Holding Company LLC (Sunrise, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea “BIOACTIVE NEOCELL COLLAGEN” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 298 829 li tindika l-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 147/2017-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
sussidjarjament, tibdel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-applikazzjoni għandha karattru distintiv suffiċjenti li ma tista’ titqajjem ebda oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha skont l-Artikolu 7(1)(b) jew (c) tar-Regolament;
—
tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-kawża u tal-appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy