13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/58
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2017 – Maico Holding vs EUIPO – Eico (Eico)
(Kawża T-668/17)
(2017/C 382/72)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Maico Holding GmbH (Villingen-Schwenningen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Krüger u D. Deckers, Rechtsanwälte)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eico A/S (Brønderslev, id-Danimarka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 706 726
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 2089/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 2089/2016-4 Eico vs Maico kif ukoll id-deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni Nru B 002528654 tas-26 ta’ Ottubru 2016 u tirriformhom b’mod li jintlaqaw b’mod sħiħ ir-rikors u l-oppożizzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti fir-rikors.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 207/2009 moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tal-istess regolament.
Full & Egal Universal Law Academy