5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/28
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2017 – Hernando Avendaño et vs SRB
(Kawża T-669/17)
(2018/C 042/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: María Hernando Avendaño (Madrid, Spanja), Ignacio Ruiz-Rivas Hernando (Madrid), Juan Ruiz-Rivas Cuesta (Madrid), Lucía Ruiz-Rivas Cuesta (Madrid) (rappreżentant: P. Gabeiras Vázquez, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ r-rikors għal annullament bħala ammissibbli, flimkien mal-prova prodotta u t-talba għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura;
—
tannulla d-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08;
—
tipproċedi għall-kumpens tad-danni sostnuti.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.