27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/50
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2017 – Mamas and Papas vs EUIPO (Cot Bumpers)
(Kawża T-672/17)
(2017/C 402/66)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mamas and Papas Ltd (Huddersfield, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Reid, Barrister u B. Whitehead, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jane Wall-Budden (Byfleet, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni ta’ cot bumpers – disinn tal-Unjoni Nru 1230460-0001
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 208/2016-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara d-disinn tal-Unjoni Nru 1230460-0001invalidu
—
tikkundanna lid-detentur tad-disinn sabiex ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u tal-appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Nru 6/2002;
—
Il-Bord tal-Appell naqas milli jagħti inqas importanza lil karatteristiċi li ma humiex viżibbli fl-użu;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy