13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/60
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2017 – Le Port de Bruxelles u Région de Bruxelles-Capitale vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-674/17)
(2017/C 382/74)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Le Port de Bruxelles (Brussell, il-Belġju), Région de Bruxelles-Capitale (Brussell) (rappreżentant: J. Vanden Eynde, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli fir-rigward ta’ kull wieħed mir-rikorrenti u, konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni bir-referenza: SA.38393 (2016CP, ex 2015/E) – Tassazzjoni tal-portijiet fil-Belġju [C(2017)5174 finali];
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
—
konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tqis bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern il-fatt li l-attivitajiet ekonomiċi tal-portijiet Belġjani, u b’mod partikolari tal-portijiet tal-Wallonie, ma humiex suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw, essenzjalment, motiv uniku li huwa sostanzjalment identiku jew simili għal dak invokat fil-kuntest tal-Kawża T-673/17, Port autonome du Centre et de l’Ouest et vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy