11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/47
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2017 – Aplicacions de Servei Monsan et vs SRB
(Kawża T-675/17)
(2017/C 424/69)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Aplicacions de Servei Monsan, SLU (Mollet del Vallés, Spanja), u 79 rikorrent ieħor (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE;
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni sabiex jikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni sostnuti, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, f’dawn l-ammonti:
i.
Azzjonisti: il-valur patrimonjali nett ta’ kull azzjoni tal-Banco Popular, li ser ikun ikkwantifikat bi preċiżjoni permezz ta’ estensjoni tar-rapport tal-espert tagħna, li huwa mehmuż bħala l-Anness A.5, meta nirċievu l-evalwazzjonijiet provviżorji u finali mwettqa minn “esperti indipendenti” kif meħtieġ mill-Artikolu 20 tar-Regolament tal-UE 806/2014 (konklużjonijiet tar-rapport tal-espert, Anness A.5.1, paġna 106);
ii.
Detenturi ta’ strumenti azzjonarji ta’ livell 1: l-ammont li jikkorrispondi mal-valur nominali tal-bonds, aġġornat fid-data tar-riżoluzzjoni, flimkien mal-interessi moratorji dovuti minn din id-data sal-mument li fih isir ir-rimbors korrispondenti (rapport tal-espert, Anness A.5.2, paġna 105);
iii.
Detenturi ta’ strumenti azzjonarji ta’ livell 2: l-ammont li jikkorrispondi mal-valur nominali tal-bonds, aġġornat fid-data tar-riżoluzzjoni, flimkien mal-interessi korrispondenti dovuti minn din id-data sal-mument li fih isir ir-rimbors korrispondenti (rapport tal-espert, Anness A.5-3, paġna 12);
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 133 u 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy