27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/51
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2017 – UN vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-676/17)
(2017/C 402/67)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: UN (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla l-evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-2015 skont ir-rapport ta’ evalwazzjoni Nru 260603 fil-verżjoni definittiva tiegħu tal-1 ta’ Diċembru 2015 (fil-verżjoni ta’ dik id-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni miżmuma l-aħħar wara ċ-ċaħda tal-ilment tar-rikorrenti tal-21 ta’ Ġunju 2017),
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti ammont xieraq, li għandu jiġi stabbilit mill-Qorti Ġenerali, bħala kumpens għal dannu morali sostnut minnha, kif ukoll
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv: żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni, li huma bbażati parzjalment fuq fatti inkorretti, fuq ksur tad-dmir ta’ premura u fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea).
2.
It-tieni motiv: ksur mill-Kummissjoni tad-dmir ta’ premura u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea).
Full & Egal Universal Law Academy