11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/48
Rikors ippreżentat fit–3 ta’ Ottubru 2017 – Minera Catalano Aragonesa u Luengo Martínez vs Il–Kummissjoni u SRB
(Kawża T-678/17)
(2017/C 424/70)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Minera Catalano Aragonesa, SA (Ariñoteruel, Spanja) u Ángel Luengo Martínez (Zaragoza, Spanja) (rappreżentanti: R. Montejo Pérez, F. Ferrara u F. Banti, avukati)
Konvenuti: Il–Kummissjoni Ewropea u Il–Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla r-Riżoluzzjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08 u r-Riżoluzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru 1246, it-tnejn li huma tas-7 ta’ Ġunju 2017;
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy