11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/49
Rikors ippreżentat fl–4 ta’ Ottubru 2017 – Helibética vs SRB
(Kawża T-680/17)
(2017/C 424/72)
Lingwa tal-kawża: l–Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Helibética S.L. (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduha mill-bonds ta’ Banco Popular Español, S.A. li kienu proprjetà tagħha;
—
tikkundanna lill-Bord iħallas EUR 50 000 lir-rikorrenti bħala kumpens għad-dannu sostnut (l-“ammont dovut”):
—
prinċipalment, tordna r-rimbors tal-investimenti magħmula li jammontaw għal EUR 1 010 677,50 f’azzjonijiet tal-Banco Popular; jew, alternattivament
—
sussidjarjament, tordna l-ħlas ta’ EUR 514 957 għall-azzjonijiet;
—
tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;
—
tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs SRB.
Full & Egal Universal Law Academy