27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/53
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2017 – Khadi and Village Industries Commission vs EUIPO – BNP Best Natural Products (Khadi Ayurveda)
(Kawża T-683/17)
(2017/C 402/70)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Khadi and Village Industries Commission (Mumbai Maharashtra, l-Indja) (rappreżentanti: J. Guise, N. Rose, V. Ellis, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BNP Best Natural Products GmbH (München, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Khadi Ayurveda” – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 118 724
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 2086/2016-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tikkonstata li t-trade mark tal-Unjoni kkontestata hija invalida;
—
tagħti deċiżjoni dwar l-ispejjeż favur ir-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Il-Bord tal-Appell żnatura l-provi;
—
Ksur tal-Artikoli 7(1)(g) u 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy