11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/50
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Miralla Inversiones vs SRB
(Kawża T-685/17)
(2017/C 424/73)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Miralla Inversiones, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tikkunsidra bħala mressqa din it-talba u bħala ppreżentat dan ir-rikors għal annullament kontra d-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, dwar ir-riżoluzzjoni tal-Banco Popular, kif ukoll l-evalwazzjoni li fuqha hija bbażata; u li, ladarba jitwettqu l-verifiki meħtieġa tilqa’ r-rikors bħala ammissibbli u tkompli bil-proċedura stabbilita fl-Artikoli 120 et seq tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja;
—
tordna lill-SRB sabiex jipprovdi mill-iktar fis l-evalwazzjoni provviżorja mwettqa minn DELOITTE skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 806/2014, hekk kif mitlub fir-rikors, sabiex tkun tista’ teżerċita b’mod adegwat id-dritt għad-difiża; u li ladarba l-evalwazzjoni msemmija iktar ’il fuq tkun ġiet ipprovduta, il-Qorti Ġenerali tistabbilixxi perijodu speċifiku sabiex din tkun tista’ tiġi analizzata u studjata bid-dettall xieraq, sabiex tkun tista’ tiġi kkontestata fir-replika;
—
Fil-każ li ma jingħatax aċċess għal dak mitlub fil-punt preċedenti u li l-proċedura titkompla, taqta’ u tiddeċiedi li d-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, dwar ir-riżoluzzjoni tal-Banco Popular, kif ukoll l-evalwazzjoni li fuqha hija bbażata, jiksru d-dritt Ewropew.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy