11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/50
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Policlínico Centro Médico de Seguros u Medicina Asturiana vs SRB
(Kawża T-686/17)
(2017/C 424/74)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Policlínico Centro Médico de Seguros, SA (Oviedo, Spanja) u Medicina Asturiana, SA (Oviedo) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduhom mill-bonds ta’ Banco Popular Español, S.A. li kienu proprjetà tagħhom;
—
tikkundanna lill-Bord iħallas EUR 1 850 000, flimkien mal-interessi dovuti mhux imħallsa fuq il-bonds sad-data tar-rimbors lir-rikorrenti bħala kumpens għad-dannu sostnut (l-“ammont dovut”);
—
tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;
—
tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs SRB.
Full & Egal Universal Law Academy