Kawża T-688/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2017 – Hola vs SRB
C4122017MT3520120171006MT0051352362
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2017 – Hola vs SRB
(Kawża T-688/17)2017/C 412/51Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hola, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u C. Iglesias Megías, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduha mill-bonds ta’ BANCO POPULAR ESPAÑOL, S.A li kienu proprjetà tagħha;
—
prinċipalment, tordna r-rimbors tal-investimenti magħmula li jammontaw għal EUR 543242,11 f’azzjonijiet tal-Banco Popular u EUR 304950 għall-bonds tal-Banco Popular li kienu proprjetà tar-rikorrenti;
—
sussidjarjament, tordna l-ħlas EUR 451459 għall-azzjonijiet u EUR 304950 għall-bonds tal-Banco Popular li kienu proprjetà tar-rikorrenti (l-“ammont dovut”);
—
tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;
—
tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs SRB.
Full & Egal Universal Law Academy