8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/46
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Uluru et vs Il-Kummissjoni u SRB
(Kawża T-690/17)
(2018/C 005/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Uluru, SL (Madrid, Spanja), Juan Adolfo Álvarez Lorenzana (Santo Domingo, ir-Repubblika Dominikana) u Raquel Fortet Rodríguez (Madrid) (rappreżentant: B. Cremades Roman, J. Orts Castro, J. López Useros, S. Cajal Martín, P. Marrodán Lázaro, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-SRB Nru SRB/EES/2017/08 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, it-tnejn li huma tas-7 ta’ Ġunju 2017 u, konsegwentement, (a) tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex iħallsu lura lir-rikorrenti l-investimenti tagħhom fil-Banco Popular fit-termini indikati fit-talba jew (b) sussidjarjament, tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea jħallsu lir-rikorrenti għad-danni minħabba responsabbiltà mhux kuntrattwali fit-termini indikati fit-talba;
—
tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea jħallsu lir-rikorrenti għad-danni minħabba responsabbiltà mhux kuntrattwali fit-termini indikati fit-talba;
—
tannulla l-evalwazzjoni magħmula mill-espert indipendenti tal-SRB u, wara li jsir kalkolu tal-valur nett tal-assi tal-Banco Popular, tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jikkumpensaw lir-rikorrenti skont it-termini indikati fit-talba;
—
tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża;
—
tordna li l-ammonti kollha mogħtija lir-rikorrenti jakkumulaw interessi kumpensatorji mit-23 ta’ Mejju 2017 (jew, sussidjarjament, mis-7 ta’ Ġunju 2017) sad-data tas-sentenza u, fl-istess ħin, interssi moratorji sad-data tas-sentenza, ħlief għall-ispejjeż tal-kawża preżenti, li jibdew jakkumulaw interessi biss moratorji mid-data tas-sentenza; u
—
tagħti lir-rikorrenti kull rimedju ieħor addizzjonali li jkun xieraq skont il-liġi.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy