27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/54
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – hoechstmass Balzer vs EUIPO (Forma ta’ żagarella nnumerata tal-kejl)
(Kawża T-691/17)
(2017/C 402/71)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: hoechstmass Balzer GmbH (Sulzbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Zapfe, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni (Forma ta’ żagarella nnumerata tal-kejl) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 004 997
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 2331/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2017 (Każ R 2331/2016-4) – id-deċiżjoni kkontestata – fir-rigward tat-trade mark tridimensjonali 015004997;
—
tikkundanna lill-konvenut/lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri ta’ appell u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell,
sussidjarjament
—
tillimita l-lista ta’ prodotti tal-klassi 9, permezz taż-żieda tal-kliem “għall-ħajjata” ma’ “żagarelli nnumerati tal-kejl għall-ħajjata” u tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2017 sa fejn din tkopri ż-“żagarelli nnumerati tal-kejl għall-ħajjata”.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy