22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/42
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – García Gómez et vs SRB
(Kawża T-693/17)
(2018/C 022/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Abel García Gómez (Torrevieja, Spanja) u 2 199 rikorrent ieħor (rappreżentanti: J. Cremades García, S. Rodríguez Bajón u M. F. Ruiz Núñez, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tilqa’ dan ir-rikors għal annullament u tikkunsidrah bħala fondat;
—
tiddikjara r-Regolament (UE) Nru 806/2014 bħala mhux applikabbli jew, sussidjarjament, li l-Artikoli 21, 22(2)(a), 24, kif ukoll l-Artikoli 18 u 23 ta’ dan ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 bħala mhux applikabbli, skont l-Artikolu 277 TFUE;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tas-SRB;
—
tikkundanna lis-SRB jikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni kkawżati lir-rikorrenti bl-applikazzjoni ta’ regoli li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni;
—
sussidjarjament, tikkundanna lis-SRB iħallas lir-rikorrenti kumpens lill-azzjonisti jew lill-kredituri skont l-evalwazzjoni ta’ Banco Popular ipprovduta mir-rikorrenti bħala l-evalwazzjoni finali prevista mir-Regolament 806/2014 bil-għan li jiġi evalwat jekk l-azzjonisti u l-kredituri kinux jingħataw trattament aħjar li kieku l-entità suġġetta għar-riżoluzzjoni kienet bdiet proċeduri ordinarji ta’ insolvenza;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017 (SRB/EES/2017/08), li jadotta r-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español, S.A..
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.