27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/55
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2017 – Link Entertainment vs EUIPO – García-Sanjuan Machado (SAVORY DELICIOUS ARTISTS & EVENTS)
(Kawża T-694/17)
(2017/C 402/72)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Link Entertainment SLU (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Estella Garbayo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sandra García-Sanjuan Machado (Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “SAVORY DELICIOUS ARTISTS & EVENTS” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 672 853
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 1758/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara inamissibbli t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 672 853 “SAVORY DELICIOUS ARTISTS & EVENTS” fil-klassijiet 35 u 41; u
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura kif ukoll għal dawk tal-proċedimenti ta’ appell u ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001, moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy