8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/47
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2017 – De Longhi Benelux vs EUIPO (COOKING CHEF GOURMET)
(Kawża T-697/17)
(2018/C 005/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: De Longhi Benelux (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: M. Arnott, A. Nicholls, solicitors u G. Hollingworth, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “COOKING CHEF GOURMET” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 549 637
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 231/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tiegħu quddiem l-EUIPO u quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy