11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/55
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2017 – Euroways vs SRB
(Kawża T-707/17)
(2017/C 424/79)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Euroways, SL (Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u C. Iglesias Megías, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni
Talbiet
—
tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduha mill-bonds ta’ BANCO POPULAR ESPAÑOL, S.A. li kienu proprjetà tagħha;
—
tikkundanna lill-Bord iħallas lir-rikorrenti kumpens għad-dannu sostnut (l-“ammont dovut”);
—
prinċipalment, tordna r-rimbors tal-investimenti magħmula li jammontaw għal EUR 543 242,11 f’azzjonijiet tal-Banco Popular; jew, alternattivament;
—
sussidjarjament, tordna l-ħlas ta’ EUR 44 055,19 għall-azzjonijiet;
—
tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;
—
tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs SRB.
Full & Egal Universal Law Academy