15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/20
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Spinoit vs Il-Kummissjoni et
(Kawża T-711/17)
(2018/C 013/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bernard Spinoit (Charleroi, il-Belġju) (rappreżentant: H. Hansen, avocat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
konsegwentement,
—
tannulla d-deċiżjoni mingħajr data u ffirmata eletronikament fit-3 ta’ Awwissu 2017, bit-titolu “Talba għas-sostituzzjoni tal-espert prinċipali Nru 3 tal-kuntratt ENPI/2016/381-920 SOFRECO “Reklutaġġ ta’ assistenza teknika għall-programm ta’ sostenn għall-implementazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (P3A III)”;
—
taqta’ u tiddeċiedi li hemm lok għal kumpens sħiħ għad-dannu materjali u morali kkawżat lir-rikorrent minħabba ksur serju tad-dritt għal amministrazzjoni tajba li jikkonsisti fl-adozzjoni tad-deċiżjoni mingħajr data u ffirmata eletronikament fit-3 ta’ Awwissu 2017, bit-titolu “Talba għas-sostituzzjoni tal-espert prinċipali Nru 3 tal-kuntratt ENPI/2016/381-920 SOFRECO “Reklutaġġ tal-assistenza teknika għall-programm ta’ sostenn għall-implementazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (P3A III)”;
—
tikkundanna lill-konvenuti flimkien, jew jekk le in solidum, jew jekk le kull wieħed għat-total, iħallsu lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 209 950,00 għad-dannu materjali u l-ammont ta’ EUR 15 000,00 għad-dannu morali;
f’kull każ,
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż kollha;
—
tirriżerva lir-rikorrent id-drittijiet, is-somom dovuti, il-motivi u l-azzjonijiet l-oħra kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu r-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, inkwantu minn naħa, ir-rikorrent ma ġiex mismugħ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u ma kellux aċċess għall-fajl li jirrigwardah u, min-naħa l-oħra, il-motivazzjoni li tinsab f’din id-deċiżjoni ma tippermettix lir-rikorrent jifhem dak li huwa qiegħed jiġi akkużat bih.