18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/42
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2017 – Aeris Invest vs SRB
(Kawża T-714/17)
(2017/C 437/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Aeris Invest Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: M. Roca Junyent, J. Calvo Costa, R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
—
tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduha mill-bonds ta’ Banco Popular Español, S.A. li kienu proprjetà tagħha;
—
tikkundanna lill-Bord iħallas lir-rikorrenti kumpens għad-dannu sostnut (l-“ammont dovut”);
—
prinċipalment, tordna r-rimbors tal-investimenti magħmula li jammontaw għal EUR 113 022 558,44 f’azzjonijiet tal-Banco Popular;
—
sussidjarjament, tordna l-ħlas ta’ EUR 93,74 miljun għall-azzjonijiet; jew, alternattivament,
—
sussidjarjament, tordna l-ħlas ta’ EUR 54,29 miljun;
—
tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;
—
tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs SRB.
Full & Egal Universal Law Academy