Kawża T-715/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2017 – Hermann Biederlack vs EUIPO – (Feeling home)
C4122017MT3910120171011MT0055391391
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2017 – Hermann Biederlack vs EUIPO – (Feeling home)
(Kawża T-715/17)2017/C 412/55Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hermann Biederlack GmbH & Co. KG (Greven, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Seifried, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Feeling home” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 452 931
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 252/2017-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy