Kawża T-716/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2017 – Germanwings vs Il-Kummissjoni
C4122017MT3920120171018MT0056392402
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2017 – Germanwings vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-716/17)2017/C 412/56Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Germanwings GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Martin-Ehlers, Rechtsanwalt)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Lulju 2016 ( 1 ) dwar l-Għajnuna mill-Istat SA33983 (2013/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/N) — l-Italja — Kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (SIEĠ), b’mod partikolari:
—
l-Artikolu 1(2) sa fejn jirreferi għal Germanwings GmbH; u
—
l-Artikolu 2(1) sa fejn jirrigwarda r-rimbors minn Germanwings GmbH; u
—
tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li ma hemm ebda element ta’ għajnuna
Il-konvenuta la wriet u lanqas ipproduċiet prova li l-ħlas li sar lir-rikorrenti kien jikkostitwixxi għajnuna. Konsegwentement, il-konvenuta tiddevja kunsiderevolment mill-ġurisprudenza u mill-prassi deċiżjonali tagħha stess.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li, fil-każ li jiġi kkonstatat li teżisti għajnuna, din la tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u lanqas tkun timplika distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-konvenuta ma mmotivatx suffiċjentement il-fatt li l-allegata għajnuna taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u l-kompetizzjoni. Sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li teżisti għajnuna de minimis fis-sens tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006 ( 2 ).
( 1 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1861 tad-29 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA33983 (2013/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/N) — l-Italja — Kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (SIEĠ) (notifikata bid-dokument C(2016) 4862) (ĠU 2017, L 268, p. 1)
( 2 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006, tal-15 ta’ Diċembru 2006, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis (ĠU 2007, L 314M, p. 654)
Full & Egal Universal Law Academy