15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/21
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Chioreanu vs ERCEA
(Kawża T-717/17)
(2018/C 013/34)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrent: Nicolae Chioreanu (Oradea, ir-Rumanija) (rappreżentant: D.-C. Rusu, avukat)
Konvenuta: L-Agenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid tal-Proposta Nru 741797-NIP, ERC-2016-ADG;
—
tordna lill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka jeżamina mill-ġdid il-proposta ta’ riċerka.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku bbażat fuq ksur tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4975 dwar ir-regoli tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sottomissjoni ta’ proposti u għall-proċeduri relatati ta’ evalwazzjoni, ta’ selezzjoni u ta’ għoti rilevanti għall-programm speċifiku Orizzont 2020.