11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/55
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2017 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-718/17)
(2017/C 424/80)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla l-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali — Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa — Amministraturi u assistenti fis-settur tal-bini — EPSO/AD/342/17 (AD 6) — Inġiniera tal-ġestjoni tal-bini (inklużi l-inġiniera ambjentali u tas-servizzi) — EPSO/AST/141/17 (AST 3) — Profil 1. Tekniċi/koordinaturi tal-kostruzzjoni tal-bini — Profil 2. Koordinaturi/tekniċi tal-bini fl-arja kondizzjonata u l-inġinerija elettromekkanika u elettrika — Profil 3. Assistenti fis-sigurtà tal-bini/fis-sigurtà okkupazzjonali ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ Lulju 2017, Nru C 242 A;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-695/17, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy