15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/21
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2017 – The Vianel Group vs EUIPO – Viania Dessous (VIANEL)
(Kawża T-724/17)
(2018/C 013/35)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Vianel Group LLC (Dover, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. Perrichon, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Viania Dessous GmbH (Mössingen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “VIANEL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 181 484
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 285/2017-5
Talbiet
—
tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-opponent għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Il-Bord tal-Appell kiser id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni fl-evalwazzjoni tiegħu tar-rilevanza tal-prova tal-użu prodotta mill-opponent, tax-xebh tal-prodotti u tas-sinjali inkwistjoni u tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.