22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/45
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2017 – PP et vs SEAE
(Kawża T-727/17)
(2018/C 022/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: PP, PQ u UQ (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
—
tiddikkjara u tiddeċiedi,
—
l-iskedi ta’ kalkolu tat-3 ta’ Frar, tas-6 ta’ Fraru tal-20 ta’ Marzutar-rikorrenti li ntbagħtulhom bil-posta mir-riżorsi umani tas-SEAE kif ukoll, sa fejn ikun meħtieġ, l-iskeda tas-salarju li permezz tagħhom ingħatatilhom l-allowance tal-edukazzjoni għal uliedhom;
—
u, fl-aħħar nett, sa fejn ikun neċessarju, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra f’foma ta’ ittra tal-15 ta’ Diċembru 2016 li tinformahom:
—
li t-talba għal rimbors tal-ispejjeż għall-edukazzjoni lil hinn mil-limitu għall-allowance għall-edukazzjoni tat-tip B għas-sena skolastika 2016/2017 ġiet aċċettata, u
—
li kull ammont li jmur lil hinn mil-limitu ma jista’ fl-ebda każ jaqbeż EUR 9 704,16;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità sa fejn id-deċiżjoni meħuda mill-konvenut li jillimita l-ammont tar-rimbors tal-ispejjeż għall-iskola lil hinn mil-limitu statutorju, ikkuntestat f’dan il-każ, kif ukoll in-nota tal-15 ta’ April 2016 li huwa jibbaża ruħu fuqha u l-Linji Gwida jiksru r-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-Anness X tagħhom.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni individwali għall-ilmenti segwenti:
—
il-ksur tal-prinċipji ta’ previdenza, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali u l-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll tad-drittijiet miksuba tagħhom;
—
il-ksur tad-dritt għall-familja u tad-dritt għall-edukazzjoni;
—
il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni;
—
l-assenza ta’ bbilanċjar tal-interessi u tal-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-miżura adottata.