22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/48
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2017 – Escribà Serra et vs SRB
(Kawża T-731/17)
(2018/C 022/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Juan Escribà Serra (Girona, Spanja) u 8 rikorrenti oħra (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li tellfuhom l-obbligi ssubordinati kollha ta’ Banco Popular Español, S.A.;
—
tikkundanna lill-Bord iħallas lir-rikorrenti EUR 1 726 504 bħala kumpens għad-dannu sostnut (l-“ammont dovut”):
—
Ramón Romaguera Amat: EUR 1 071 602,94;
—
Cerámica Puigdemont: EUR 260 437,16;
—
Maria Dolors Guell Parnau: EUR 52 524,35;
—
Enrique Escribà Nadal: EUR 70 838,57;
—
Joan Escribà Serra u Maria Dolors Nadal Casaponsa: EUR 151 796,93;
—
Laia Escribà Nadal u Maria Dolors Nadal Casaponsa: EUR 25 299,49;
—
José Sabater Comas u Inmaculada Urgellés Bosch: EUR 94 004,56;
—
tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;
—
tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;
—
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.