15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/27
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2017 – Lincoln Global vs EUIPO (FLEXCUT)
(Kawża T-736/17)
(2018/C 013/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lincoln Global, Inc. (Santa Fe Springs, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Piepenbrink, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “FLEXCUT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 111 198
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Awwissu 2017 fil-Każ R 2225/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009