22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/49
Rikors ippreżentat fil-3 ta’ Novembru 2017 – STIF-IDF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-738/17)
(2018/C 022/65)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Syndicat Transport Île-de-France (STIF-IDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Le Bret u C. Rydzynski, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn, fl-Artikolu 3, hija tikklassifika “il-kontribuzzjonijiet C2 mogħtija minn STIF fil-kuntest ta’ CT2” bħala “skema ta’ għajnuna implementata illegalment” iżda kompatibbli mas-suq intern;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE li bih hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata inkwistjoni, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1470 tat-2 ta’ Frar 2017 dwar l-iskemi ta’ għajnuna SA.26763 2014/C (eks 2012/NN) implimentata minn Franza favur tal-impriżi ta’ trasport bix-xarabank fir-Reġjun ta’ Île-de-France (ĠU 2017, L 209, p. 24). Tali ksur ġie allegatament kommess mill-Kummissjoni sa fejn din ikklassifikat il-kontribut C2 ta’ CT2 bħala għajnuna mill-Istat, peress li qieset li l-miżura kienet tagħti vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarji tagħha.
Ir-rikorrenti tqis, barra minn hekk, li l-Kummissjoni, fl-analiżi tagħha, wettqet diversi żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li r-raba’ kriterju tal-ġurisprudenza Altmark ma kienx issodisfatt fil-każ inkwistjoni.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq assenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, dwar in-nuqqas ta’ osservanza tar-raba’ kriterju tal-ġurisprudenza Altmark u fuq l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku.