15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/27
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2017 – Trasys International u Axianseu Digital Solutions vs EASA
(Kawża T-741/17)
(2018/C 013/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Trasys International GEIE (Brussell, il-Belġju) u Axianseu Digital Solutions SA (Lisbona, il-Portugal) (rappreżentanti: L. Masson et G. Tilman, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni meħuda fit-28 ta’ Awwissu 2017 għall-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) mid-direttur tagħha, fil-kuntest tal-kuntratt intitolat “EASA.2017.HVP.08: IT Application & Infrastructure Management Services – ITAIMS” […];
—
għaldaqstant, tannulla d-deċiżjoni impliċita li d-diversi kuntratti qafas ma jingħatawx lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-EASA għall-ispejjeż kollha tal-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, fil-preżenza ta’ prezz li jidher anormalment baxx.