15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/28
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2017 – Kim et vs Il-Kunsill
(Kawża T-742/17)
(2018/C 013/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Su Kim (Pyongyang, il-Korea ta’ Fuq), Song-Sam Kang (Hamburg, il-Ġermanja), Chun-Sik Choe (Pyongyang), Kyu-Nam Sin (Pyongyang) u Chun-San Pak (Pyongyang) (rappreżentanti: M. Lester, QC, S. Midwinter, QC, T. Brentnall u A. Stevenson, solicitors)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, tat-30 ta’ Awwissu 2017, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007, sa fejn dan japplika fil-konfront tagħhom;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut naqas milli jipprovdi motivazzjoni xierqa u suffiċjenti għall-inklużjoni tar-rikorrenti.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kien manifestament żbaljat meta qies li xi wieħed mill-kriterji għall-elenkar fil-miżuri kkuntestati kien sodisfatt fil-każ tar-rikorrenti; ma hemm l-ebda bażi fattwali għall-inklużjoni tegħhom.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut abbuża mill-poteri tiegħu meta pprova jirrendi mingħajr effett id-dritt tar-rikorrenti għal rimedju effettiv fir-rigward tal-kontestazzjoni tagħhom għall-elenkar preċedenti ta’ isimhom skont l-Artikolu 230 TFUE u/jew li l-konvenut kiser id-dritt tar-rikorrenti għal ugwaljanza fit-trattament.
4.
Ir-raba’motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kien kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi naqas milli jipprovdilhom il-provi li fuqhom huwa bbaża ruħu sabiex jerġa jelenka lir-rikorrenti.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kiser il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kiser, mingħajr ġustifikazzjoni u sproporzjonalment, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inklużi d-drittijiet tagħhom għall-protezzjoni tal-proprjetà, tan-negozju u tar-reputazzjoni tagħhom.