15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/29
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2017 – Bischoff vs EUIPO – Miroglio Fashion (CARACTÈRE)
(Kawża T-743/17)
(2018/C 013/44)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bischoff GmbH (Muggensturm, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Régnier, avocat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miroglio Fashion Srl (Alba, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CARACTÈRE” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 061 922
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 328/2016-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad l-appell tal-kumpannija Bischoff sabiex titlob dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Nru 007061922 għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 14, 18, 24, 25 u 35;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-kumpannija Miroglio Fashion għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.