29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/35
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2017 – TrekStor vs EUIPO – Beats Electronics (i.Beat jump)
(Kawża T-746/17)
(2018/C 032/48)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: TrekStor Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, M. Alber, A. Schönfleisch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beats Electronics LLC (Culver City, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “i.Beat jump” – Trade mark tal-Unjoni Nru 4 729 075
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 2236/2016-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tilqa’ l-applikazzjoni għal revoka mressqa mill-applikant għal kanċellazzjoni u tirrevoka d-drittijiet tal-applikant fir-rigward tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 729 075
—
tiċħad l-applikazzjoni għal revoka mressqa mill-applikant għal kanċellazzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż neċessarji sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001;
—
Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001.