22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/50
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2017 – TrekStor vs EUIPO – Beats Electronics (i.Beat)
(Kawża T-748/17)
(2018/C 022/66)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: TrekStor Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, M. Alber, A. Schönfleisch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beats Electronics LLC (Culver City, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “i.Beat” – Trade mark tal-Unjoni Nru 5 009 139
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2017 fil-Każijiet magħquda R 2175/2016-4 u R 2213/2016-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad l-appell tar-rikorrenti mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-konvenut bid-data tad-29 ta’ Settembru 2016, u għalhekk tilqa’ l-applikazzjoni għal revoka mressqa mill-applikant għal kanċellazzjoni u tirrevoka d-drittijiet tal-applikant fir-rigward tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 005009139;
—
tiċħad l-applikazzjoni għal revoka mressqa mill-applikant għal kanċellazzjoni;
—
tordna lill-applikant għal kanċellazzjoni u lill-EUIPO jbatu l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż neċessarji sostnuti mir-rikorrent quddiem il-Bord tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001;
—
Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament 2017/1001.